Il-Proġett

HOME 2017-10-18T12:55:52+00:00
L-għan ewlieni ta’ YEA huwa li tippromwovi l-Edukazzjoni Intraprenditorjali u l-Intraprenditorija Soċjali fost iż-żgħażagħ billi jiġi integrat t-taħriġ intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u diġitali. Minflok ma nqisu l-intraprenditorija bħala mezz għall-impjieg għal ras (indipendenti) biss, YEA huwa mibni fuq il-premessa li l-intraprenditorija hija ħila trasversali ta’ rilevanza għaż-żgħażagħ kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom grazzi għall-bosta modi ta’ kif tista’ tintuża.

Il-benefiċċju tat-tagħlim tal-intraprenditorija fl-organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ huwa li dan jippermetti l-parteċipazzjoni ta’ grupp ta’ żgħażagħ ħafna usa’ milli huwa possibbli permezz tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) u tal-istrutturi akkademiċi tradizzjonali. Barra minn hekk, filwaqt li aħna se ninkludu aspetti tal-intrapriża orjentati lejn il-profitt, l-organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ jipprovdu forum naturali għall-esplorazzjoni tal-intrapriża soċjali u tal-innovazzjoni tal-komunità. Għaldaqstant ir-riżultati tal-proġett tagħna, b’mod partikolari l-kurrikulu u l-kors ta’ taħriġ, ser jiffokaw fuq it-titjib tal-ħiliet fl-identifikazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi, fl-innovazzjoni u fis-sostenibbiltà. B’dan il-mod, aħna niksbu bilanċ bejn l-intraprenditorija tradizzjonali u soċjali, u nħeġġu liż-żgħażagħ isiru aġenti ta’ innovazzjoni soċjali, billi jistabilixxu intrapriżi ta’ suċċess u/jew jindirizzaw il-problemi marbuta mas-sostenibbiltà tal-proġetti tal-arti nfushom, jew ma’ problemi soċjali usa’.

YEA tikkontribwixxi wkoll direttament għall-promozzjoni ta’ xogħol kwalifikat fost iż-żgħażagħ għaliex dan jiffaċilita allinjament aħjar bejn il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tas-soċjetà u l-ħiliet li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huma kapaċi jgħaddu liż-żgħażagħ. B’hekk il-proġett ġie strutturat madwar il-qsim tal-għarfien u x-xogħol kollaborattiv: se jinħolqu 4 Alleanzi Reġjonali tal-Intraprenditorija fost iż-Żgħażagħ permezz tal-Arti li jikkonsistu f’40 parti interessata fl-oqsma tat-taħriġ tal-intraprenditorija, tax-xogħol fost iż-żgħażagħ (speċjalment organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ), tal-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet reġjonali u nazzjonali li jippromwovu l-iżvilupp soċjali. Dawn ser jistudjaw flimkien opportunitajiet u l-aħjar prattiċi għall-integrazzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali fl-istrutturi informali ta’ xogħol maż-żgħażagħ; ser ifasslu Pjanijiet ta’ Azzjoni Reġjonali biex iwettqu dawn l-ideat f’azzjoni; l-kurrikulu u l-kors li aħna nfasslu ser jirriflettu l-aħjar prattiċi identifikati.

L-Alleanza Reġjonali se tkun strutturata b’tali mod li din tista’ ssir forum permanenti għall-kollaborazzjoni fost il-partijiet interessati fl-edukazzjoni intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ, u l-manwal tal-għodda tagħna ser jintuża biex jippromwovi l-ħolqien ta’ Alleanzi simili madwar l-Ewropa kollha, sabiex jgħin jinħolqu mudelli simili f’reġjuni oħra.

It-tielet aspett ewlieni tal-istrateġija YEA huwa t-tisħiħ tal-mogħdijiet ta’ taħriġ għall-edukaturi u l-ħaddiema ta’ maż-żgħażagħ. Xogħol effettiv maż-żgħażagħ li jiffaċilita u jsaħħaħ huwa mibni fuq l-empatija, il-fiduċja u ir-relazzjonijiet, kif ukoll fuq l-istrateġiji ta’ tagħlim kreattiv. Dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ huma kemm edukaturi u kemm eżempju u b’hekk għandhom setgħa kbira fuq iż-żgħażagħ. Għal din ir-raġuni, aħna nemmnu li għandhom ikunu huma, aktar milli min iħarreġ fl-intrapriża b’mod tradizzjonali, li jħarrġu liż-żgħażagħ fuq l-intraprenditorija.

Madankollu, minħabba n-natura informali tat-tagħlim tagħhom u l-fatt li ħafna minn dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jagħmlu dan fuq bażi volontarja, hemm ftit opportunitajiet ta’ taħriġ disponibbli. YEA tipprova tirrimedja billi tiżviluppa kors uniku li jħarreġ ħaddiema kreattivi biex jgħallmu l-intraprenditorija b’mod effettiv. B’dan il-grupp speċifiku f’moħħna, il-kors se jkun imfassal sabiex ikun:

it-taħriġ jingħata idealment fi klassi, iżda numru kbir ta’ materjal ser ikun disponibbli online għall-istudju personali u promoss bħala riżorsa indipendenti għall-ħaddiema taż-żgħażagħ mad-dinja kollha;
mhux se jittratta l-intrapriża bħala suġġett waħdu, iżda pjuttost bħala ħila trasversali, billi jgħallem lill-ħaddiema taz-żgħażagħ kif jimpjegaw strateġiji pedagoġiċi kreattivi li jintegraw l-intraprenditorija fl-attivitajiet eżistenti.