Aġent tal-Bidla

Change Agent 2017-10-18T12:55:53+00:00

Il-proġett YEA ġie strutturat b’attenzjoni biex isib modi ġodda sabiex jintegra t-taħriġ intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u arti diġitali. Minflok ma nqisu l-intraprenditorija bħala mezz għall-impjieg għal ras (indipendenti) biss, YEA huwa mibni fuq il-premessa li l-intraprenditorija hija ħila trasversali ta’ rilevanza għaż-żgħażagħ kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom grazzi għall-bosta modi ta’ kif tista’ tintuża.

Bħala Aġent tal-Bidla (Awtorità Lokali/Reġjonali, NGO tal-Arti, Korp Rappreżentattiv ta’ dawk li jaħdmu maż-żġħażagħ, Organizzazzjonijiet ta’ Appoġġ għall-Intrapriżi, eċċ.), il-proġett YEA jista’ jagħtik:

  • Approċċ innovattiv ġdid li nsejħu “ALLEANZI REĠJONALI Intraprenditorija fost iż-Żgħażagħ permezz tal-Arti”. Dawn jgħaqqdu flimkien partijiet interessati ta’ influwenza fil-politika taż-żgħażagħ, tal-intrapriżi, u dik soċjali biex isibu l-aħjar prattiċi għall-integrazzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali permezz tal-arti kreattiva, billi jfasslu impenji individwali u kollettivi għall-Pjan ta’ Azzjoni YEA;
  • Serje ta’ riżorsi, tekniki u esperjenzi miġbura fil-“MANWAL TAL-GĦODDA għall-Intraprenditorija fost ż-Żgħażagħ permezz tal-Arti” sabiex jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ l-ewwel erba’ alleanzi YEA u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ alleanzi oħra madwar l-Ewropa kollha;
  • Rotta għall-iżvilupp ta’ mentalità u ħiliet intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ, li jiżviluppaw proposta għal proġett kulturali jew inizjattiva kreattiva li hija innovattiva, sostenibbli u li tattira l-finanzjamenti.