Classroom Course

Classroom Course 2017-10-28T07:57:36+00:00

Il-Pubbliku Destinatarju tal-Kors

Il-kors huwa mfassal għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ f’kuntest formail jew informali, b’mod partikolari fil-qasam tal-artiGħandu l-għan li jippromwovi l-edukazzjoni intraprenditorjali u l-intraprenditorija soċjali fost iż-żgħażagħ permezz tal-integrazzjoni tat-taħriġ fl-intraprenditorija fis-servizzi taż-żgħażagħ u fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u dik diġitali.

Il-kors, pjuttost milli jħares lejn l-intraprenditorija sempliċement bħala mezz ta’ impjieg indipendenti, huwa mfassal biex jibni intraprenditorija bħala ħila trażversali, ħila li tkun ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ kollha minħabba l-modi numerużi li bihom tista’ tintuża biex ikomplu jippromwovu l-miri tagħhom.

Il-kors jagħti ħarsa lejn l-importanza li jiġu żviluppati l-ħiliet ta’ innovazzjoni u dawk intraprenditorjali tal-istudenti, biex jinstabu modi ġodda li bihom l-edukazzjoni intraprenditorjali ta’ livell għoli tkun tista’ tiġi integrata fis-servizzi u l-istrutturi eżistenti taż-żgħażagħ permezz tat-taħriġ tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

Il-materjali huma mfasslin għal użijiet differenti. Il-kors jista’ jitwassal bħala kurrikulum komplut. Barra dan, partijiet minnu jistgħu jiġu integrati biex jiġu ssupplimentati korsijiet oħrajn. Il-materjali kollha jiġu pprovduti bħala sorsi miftuħin u disponibbli għal kulħadd, u kull taqsima ta’ dan il-kors toffri varjetà ta’ materjali addizzjonali onlajn, bħal studji ta’ każijiet u attivitajiet dwar is-suġġett inkwistjoni.

Billi jista’ jagħti l-fatt li xi studenti jkunu jridu jitgħallmu dwar il-kontenut (jew sempliċement dwar partijiet minnu) b’mod individwali, il-moduli u r-riżorsi addizzjonali kollha ta’ tagħlim huma pprovduti onlajn.

Il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-edukaturi jistgħu jużaw ukoll il-kors fuq livell individwali għall-iżvilupp professjonali tagħhom. Fil-bidu ta’ kull workbook tat-tuturi għal kull modulu tingħata informazzjoni dwar kif aħna nissuġġerixxu li jistgħu jintużaw il-materjali pprovduti.

Il-kors jista’ jintuża fi klassi kif ukoll f’kors awtonomu ta’ tagħlim mill-bogħod.

 

Komponenti tal-Kors għal Użu fi Klassi

Is-sillabu tal-kors ta’ studju “Intraprenditorija taż-Żgħażagħ Permezz tal-Arti” huwa maqsum f’disa’ unitajiet differenti li jissejħu moduli. Kull wieħed minn dawn il-moduli jiffoka fuq aspetti differenti tal-ħiliet intraprenditorjali:

Modulu 1: Intrapriża Kreattiva

Modulu 2: Jiena bħala Persuna Kreattiva

Modulu 3: Attitudnijiet Intraprenditorjali

Modulu 4: X’Hemm Speċjali dwar din l-Idea?

Modulu 5: Ivverifika… Agħmel ir-Riċerka Tiegħek

Modulu 6: It-Taħlita tal-Kummerċjalizzazzjoni

Modulu 7: Kif Jista’ Jinkiseb Profitt mill-Immaġinazzjoni

Modulu 8: Kif Tista’ Tirnexxi

Modulu 9: Il-Preżentazzjoni ta’ Idea

Kull modulu għandu tliet riżorsi differenti ta’ taħriġ:

  1. Gwida tat-Tuturi – din il-gwida tiddeskrivi fil-qosor l-għanijiet, ir-riżultati tat-tagħlim u l-użu ta’ kull modulu.
  2. Preżentazzjoni bil-Powerpoint/PDF – din ukoll għandha tintuża flimkien mal-Gwida tat-Tuturi. Dan huwa suġġeriment għal kors u jinkludi l-materjali u l-attivitajiet meħtieġa. Jekk qed tipprovdi l-kors għall-ewwel darba, dan jgħinek biex tibda fuq sieq tajba.
  3. Riżorsi Addizzjonali tat-Tuturi – dawn il-materjali jistgħu jżidu l-valur u jikkumplimentaw kemm il-gwidi tat-tuturi kif ukoll il-preżentazzjonijiet.

Tista’ tiddawnlowdja l-kors b’modulu individwali jew tiskrollja lejn il-qiegħ biex tiddawnlowdja d-9 moduli kollha bħala fajl ikkumpressat (“zip”).

Għalkemm il-kors ta’ studju “Intraprenditorija taż-Żgħażagħ Permezz tal-Arti” huwa mfassal bħala kurrikulum komplut, kull modulu jista’ jintuża bħala sessjoni indipendenti. Għaldaqstant, kull modulu jibda b’introduzzjoni bażika dwar is-suġġett li tista’ tinqabeż jekk tuża iktar minn modulu wieħed jew il-kors kollu.

M’għandekx bżonn tuża l-materjali f’xi ordni partikolari. Jekk trid tikkonċentra fuq suġġett speċifiku, tista’ tmur direttament fuq il-punt li jinteressak, għalkemm huwa ssuġġerit li l-kors jintuża kollu f’daqqa.

Il-kors ta’ studju “Intraprenditorija taż-Żgħażagħ Permezz tal-Arti” jiġi akkumpanjat b’kors ieħor imfassal għat-telefonija u l-kompjuters tablet. L-aċċess għal dan il-modulu jista’ jsir minn fuq the online training course