Il-proġett YEA ġie strutturat b’attenzjoni biex isib modi ġodda sabiex jintegra t-taħriġ intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u arti diġitali. Minflok ma nqisu l-intraprenditorija bħala mezz għall-impjieg għal ras (indipendenti) biss, YEA huwa mibni fuq il-premessa li l-intraprenditorija hija ħila trasversali ta’ rilevanza għaż-żgħażagħ kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom grazzi għall-bosta modi ta’ kif tista’ tintuża.
Bħala Ċentru tal-Arti Kreattiva, tal-Ispettaklu jew Diġitali, il-proġett YEA jista’ jagħtik:
- Firxa ta’ taħriġ professjonali prattiku aċċessibbli waqt sessjonijiet fi klassijiet u riżorsi b’aċċess miftuħ (online, mobile, tablet) għall-persunal tiegħek; dan hu ta’ importanza partikolari minħabba n-nuqqas relattiv ta’ taħriġ imfassal apposta għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ;
- Titjib tal-kapaċità organizzattiva biex jinħoloq impatt soċjali u ekonomiku reali hekk kif inti tniedi servizzi ġodda innovattivi.
- Il-potenzjal għal sostenibbiltà mtejba tax-xogħol tiegħek fil-qasam kreattiv ibbażat fuq il-kontribut u t-tmexxija taż-żgħażagħ u l-persunal fit-tfassil ta’ inizjattivi innovattivi u sostenibbli fl-arti kreattiva.
- Aċċess għal netwerk dinamiku iżda sostenibbli ta’ organizzazzjonijiet simili li magħhom inti tista’ tkompli taqsam l-ideat u l-għarfien.

