Portal ta' tagħlim

Learning Portal 2017-10-18T12:55:52+00:00

YEA ġie strutturat b’attenzjoni biex isib modi ġodda għall-integrazzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali ta’ kwalità għolja fl-istrutturi u fis-servizzi għaż-żgħażagħ eżistenti billi jiġu mħarrġa dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ. Sabiex dan jinkiseb:

Ser jiġu stabbiliti 4 ALLEANZI REĠJONALI għall-Intraprenditorija fost iż-Żgħażagħ permezz tal-Arti, li jiġbru flimkien partijiet interessati ta’ influwenza fil-politika taż-żgħażagħ, tal-intrapriżi, u dik soċjali biex isibu l-aħjar prattiċi għall-integrazzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali permezz tal-arti kreattiva, billi jfasslu impenji individwali u kollettivi għall-Pjan ta’ Azzjoni YEA;
Ser jinħoloq, jiġi ppubblikat u promoss l-“Manwal tal-Għodda għall-Intraprenditorija fost iż-Żgħażagħ permezz tal-Arti” biex jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ aktar Alleanzi madwar l-Ewropa kollha.

Ser jiġu żviluppati u ppubblikati kurrikulu ta’ kors u materjal ta’ tagħlim biex jitħarrġu ħaddiema li jimpenjaw b’mod effettiv liż-żgħażagħ li jaħdmu magħhom fl-edukazzjoni intraprenditorjali.

Ser issir valutazzjoni, pubblikazzjoni u promozzjoni tal-kors, biex tiġi iffaċilitata l-inklużjoni tiegħu fl-attivitajiet u fis-servizzi għaż-żgħażagħ.

Ir-riżorsi tagħna ser ikunu disponibbli minn Settembru 2016 ‘il quddiem. Jekk jogħġbok ikkuntattjana biex tirċievi aġġornamenti