Networker/Rappreżentant tal-Midja

Networker/Media Rep 2017-10-18T12:55:52+00:00

Il-proġett YEA ġie strutturat b’attenzjoni biex isib modi ġodda sabiex jintegra t-taħriġ intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u arti diġitali. Minflok ma nqisu l-intraprenditorija bħala mezz għall-impjieg għal ras (indipendenti) biss, YEA huwa mibni fuq il-premessa li l-intraprenditorija hija ħila trasversali ta’ rilevanza għaż-żgħażagħ kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom grazzi għall-bosta modi ta’ kif tista’ tintuża.

Bħala Networker jew Rappreżentant tal-Midja, il-proġett YEA jista’ jagħtik:

  • Għarfien aħjar tal-kwistjonijiet madwar l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ intrapriża u innovazzjoni fost iż-żgħażagħ.
  • Tagħrif u studji ta’ każijiet speċifiċi dwar approċċ ġdid pijunier li nsejħu “ALLEANZI REĠJONALI Intraprenditorija fost iż-Żgħażagħ permezz tal-Arti”. Dawn jgħaqqdu flimkien partijiet interessati ta’ influwenza fil-politika taż-żgħażagħ, tal-intrapriżi, u dik soċjali biex isibu l-aħjar prattiċi għall-integrazzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali permezz tal-arti kreattiva, billi jfasslu impenji individwali u kollettivi għall-Pjan ta’ Azzjoni YEA;
  • Għarfien dettaljat tal-aħħar tendenzi u ta’ mudelli ta’ intraprenditorija li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni soċjali – billi jsaħħu lill-individwi u billi jikkontribwixxu sabiex jegħlbu problemi usa’ fil-komunità;
  • Firxa ta’ pubblikazzjonijiet, riċerka oriġinali, stqarrijiet tal-aħbarijiet u newsletters li jkopru l-oqsma ta’ intrapriża taż-żgħażagħ u l-innovazzjoni fl-arti kreattiva, tal-ispettaklu u l-arti diġitali.