Kors Onlajn

Kors Onlajn 2017-10-28T10:08:10+00:00

Success isn’t about the end result,
it’s about what you learn along the way.

Vera Wang

Il-kors “Intraprenditorija taż-Żgħażagħ Permezz tal-Arti” (YEA) huwa kors onlajn li inti tista’ ssegwi u tlesti b’mod flessibbli waqt li tippjana t-twaqqif ta’ negozju kreattiv tiegħek stess jew ta’ proġett tiegħek stess dwar l-Arti fil-Komunità. Dan il-kors inkiteb minn esperti li għandhom passjoni għall-kreattività u l-arti. Huwa mfassal biex joħloq mudell ġdid u effikaċi li kapaċi jħeġġeġ liż-żgħażagħ jistabbilixxu intrapriżi jew proġetti msejsa fuq l-arti u l-kreattività, billi jipprovdi taħriġ u għajnuna fi ħdan ambjent komunitarju. Huwa kors li jipprovdi aċċess għall-edukazzjoni vokazzjonali għall-pubbliku destinatarju ewlieni, iżda huwa wkoll kors li jwassal għal innovazzjoni u rivitalizzazzjoni ekonimika usa’. Minħabba l-fatt li l-kors tfassal minn persuni kreattivi għal persuni kreattivi, aħna nemmnu li huwa tassew interessanti u mimli għarfien u qegħdin nittamaw li permezz tiegħu nħeġġuk twaqqaf negozju kreattiv ġdid jew proġett tal-arti bbażat fuq il-komunità.