L-imsieħba

The Partners 2017-10-18T12:55:52+00:00

Il-proġett huwa mmexxi minn Dungannon Enterprise Centre, il-fornitur prinċipali ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-intrapriża fir-reġjun tas-South Tyrone, magħruf għall-ambjent rurali predominanti tiegħu, għall-konċentrazzjoni għolja ta’ immigranti u għat-tradizzjoni kreattiva b’saħħitha, speċjalment fit-teatru. Għal aktar minn 20 sena, iċ-ċentru għen iktar minn 1,500 intrapriża u jagħmel parti min-netwerk uffiċjali Enterprise NI, magħmul minn 32 ċentru ta’ żvilupp tal-intrapriżi. Il-kors innovattiv reċenti tiegħu rnexxielu jispira mentalità intraprenditorjali fin-nisa żgħażagħ. Id-DEC ser imexxi l-iżvilupp tal-kurrikulu tal-kors u l-kontenut tat-taħriġ u ser jagħti appoġġ lil BEAM fl-Alleanza Reġjonali tal-Irlanda ta’ Fuq.

Roscommon Integrated Development Company (RIDC) tikkoordina proġetti ta’ żvilupp fl-intrapriża, żvilupp rurali u inklużjoni soċjali għat-titjib tal-poplu tal-kontea ta’ Roscommon. RIDC hija organizzazzjoni ċentrali li taħdem ma’ għexieren ta’ msieħba reġjonali u nazzjonali, u li tiġi wżata biex issir bidla permezz tal-impatt kollettiv.   Għalhekk, ser tmexxi l-iżvilupp tal-Manwal tal-Għodda għall-Alleanzi Reġjonali, kif ukoll tikkoordina l-Alleanza Reġjonali fil-Majjistral tal-Irlanda. L-organizzazzjoni hija impenjata b’mod b’saħħtu fis-settur taż-żgħażagħ billi tindirizza l-esklużjoni ekonomika u soċjali fil-kontea tagħha.

Beam Creative Network (BEAM) hija organizzazzjoni ta’ ħidma maż-żgħażagħ ibbażata fuq l-arti li ħadmet f’24 lokalitajiet u involviet iktar minn 100,000 persuna żagħżugħa fi programm tal-arti u tat-teatru, billi tesplora kwistjonijiet bħad-diversità, l-identità kulturali u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti. Bħala mexxejja fis-servizzi kreattivi għaż-żgħażagħ, BEAM ser tissorvelja l-iżvilupp tal-Alleanzi Reġjonali u ser tmexxi l-imsieħba fl-iżvilupp tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni biex tittejjeb l-edukazzjoni intraprenditorjali fil-proġetti kreattivi u artistiċi taż-żgħażagħ.

Momentum huwa ċentru ta’ taħriġ akkreditat bi speċjalizzazzjoni fit-tagħlim online u multimedjali. Huma ser jużaw l-għarfien pedagoġiku u tekniku tagħhom biex jittrasferixxu l-kontenut tal-kors f’riżorsa multimedjali ta’ taħriġ online, ser jgħinu lil RIDC fl-Alleanza Reġjonali fil-Majjistral tal-Irlanda u ser ikunu responsabbli għall-istrateġija tal-Ġestjoni tal-Kwalità u Valutazzjoni.

Musique de Nuit Diffusion (MDN) hija organizzazzjoni bbażata fiċ-ċentru kulturali ta’ Le Rocher de Palmer f’Cenon, Bordeaux. Apparti l-produzzjoni kulturali, din l-organizzazzjoni, fi sħubija ma’ istituzzjonijiet lokali u internazzjonali wettqet ħafna programmi prattiċi u ta’ skoperta ta’ kulturi minn madwar id-dinja permezz ta’: workshops, residenzi, masterclasses, chats, “musical naps”, konferenzi, kunċerti fid-djar. Dawn l-esperjenzi ta’ qsim juru kemm dan iċ-ċentru kulturali huwa uniku u miftuħ għal kulħadd. Minħabba r-rabtiet diretti ma’ żgħażagħ u ħaddiema li jaħdmu magħhom, l-MDN ser tikkoordina t-test pilota tal-kurrikulu u tal-kors ta’ taħriġ.

VisMedNet hija organizzazzjoni Maltija mingħajr skop ta’ qligħ li taħdem fis-settur taż-żgħażagħ u li għandha programmi li jinkludu: taħriġ għal żvilupp ta’ ħiliet awdjoviżwali u ħiliet ta’ tmexxija; skambji internazzjonali; u taħriġ ta’ mexxejja taż-żgħażagħ, b’enfasi partikolari fuq il-validazzjoni tat-tagħlim informali u non-formali. VisMedNet ser tmexxi l-Alleanza Reġjonali Maltija u ser tikkoordina l-istrateġija ta’ disseminazzjoni u sostenibbiltà.