Il-proġett YEA ġie strutturat b’attenzjoni biex isib modi ġodda sabiex jintegra t-taħriġ intraprenditorjali fis-servizzi għaż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti kreattiva, tal-ispettaklu u arti diġitali. Minflok ma nqisu l-intraprenditorija bħala mezz għall-impjieg għal ras (indipendenti) biss, YEA huwa mibni fuq il-premessa li l-intraprenditorija hija ħila trasversali ta’ rilevanza għaż-żgħażagħ kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom grazzi għall-bosta modi ta’ kif tista’ tintuża.
Bħala ħaddiem ta’ maż-żgħażagħ, il-proġett YEA jista’ jagħtik:
- Ħiliet, strateġiji u għodda professjonali biex l-edukazzjoni tal-intraprenditorija u tal-innovazzjoni tiġi integrata fil-programmi tal-arti kreattiva eżistenti. Dawn l-iStrateġiji u l-Għodod se jagħtu prijorità lill-eżerċizzji ta’ parteċipazzjoni u dawk konkreti, u ser iwasslu għall-iżvilupp ta’ proposta għal inizjattiva innovattiva u sostenibbli;
- Għarfien dettaljat tal-aħħar tendenzi u ta’ mudelli ta’ intraprenditorija li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni soċjali – billi jsaħħu lill-individwi u billi jikkontribwixxu sabiex jegħlbu problemi usa’ fil-komunità;
- Tekniki biex tiġi inkoraġġuta l-innovazzjoni u l-mentalità u l-ħiliet intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ.

